Points Of Connection
Jekk jogħġbok imla l-informazzjoni hawn taħt biex ir-riżultati jkunu jistgħu jintbagħtu awtomatikament fl-indirizz provdut. Ara l-policy ta’ privatezza tagħna.
1 / 24
Category: Emozzjonalment
Li tħossok tajjeb emozzjonalment ifisser li tħossok bilanċjat, kalm, u kuntent ġewwa fik, anke meta tiffaċċja t-tlugħ u l-inżul tal-ħajja.
F'liema livell taħseb li int kuntent?
2 / 24
Għandek kunfidenza fik innifsek bħala individwu?
3 / 24
Kemm taħseb li int mingħajr stress jew kapaċi timmaniġġja l-istress?
4 / 24
Category: Relazzjonijiet interpersonali:
Il-bini ta’ konnessjonijiet, u l-fehim ta’ xulxin fir-relazzjonijiet, u s-sejba ta’ appoġġ fi żminijiet ta’ bżonn.
Kif hija r-relazzjoni tiegħek mal-familja tiegħek?
5 / 24
Kif hija r-relazzjoni tiegħek mal-ħbieb tiegħek?
6 / 24
Issib appoġġ adegwat għalik fi żmien ta’ bżonn?
7 / 24
Category: Affarijiet materjali:
Li jkollok biżżejjed riżorsi biex tgħix komdu u tissodisfa l-bżonnijiet tiegħek, bħal ikel, kenn u ħwejjeġ.
Int jew il-familja tiegħek għandkom biżżejjed dħul biex tissodisfaw il-bżonnijiet bażiċi tagħkom?
8 / 24
X'inhu l-livell ta' sodisfazzjon tiegħek bl-edukazzjoni/xogħol tiegħek?
9 / 24
Aħseb dwar l-ambjent li tgħix fih u n-nies li jgħixu fih. Kemm int sodisfatt bil-post fejn tgħix?
10 / 24
Category: Żvillupp personali:
Il-proċess li ttejjeb lilek innifsek biex tilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħek billi jkollok aktar ħiliet, tkun taf il-kompetenzi tiegħek u modi kif ittejjeb.
Kemm kont sodisfatt bl-esperjenza edukattiva tiegħek?
11 / 24
F'liema livell taħseb li int kapaċi f'varji oqsma tal-ħajja meta tiġi għall-ħiliet differenti?
12 / 24
F'liema livell qed ittejjeb lilek innifsek u kemm int sodisfatt bil-progress tiegħek?
13 / 24
Category: Saħħa fiżika:
L-istat ġenerali tal-ġisem, li jinkludi fatturi bħal sports, nutrizzjoni, rqad, u saħħa ġenerali.
Kemm taħseb li int b’saħħtek ibbażat fuq l-ammont ta’ rqad tiegħek, tip ta’ ikel u eżerċizzju?
14 / 24
Kemm taħseb li tista’ tieħu ħsieb tiegħek innifsek?
15 / 24
Kemm int sodisfatt bil-attivitajiet tal-passatempi u l-hobbies f’ħajtek?
16 / 24
Category: Awtonomija:
Li jkollok l-għażla li tistabbilixxi l-għanijiet tiegħek stess, tieħu d-deċiżjonijiet tal-ħajja tiegħek, tissieħeb għalik innifsek u taħdem biex tilħaq l-għanijiet tiegħek. Huwa dwar li tieħu azzjoni f’ħajtek biex tikseb l-affarijiet li trid u li għandek bżonn.
Kemm tħoss li għandek kontroll fuq id-deċiżjonijiet tiegħek, per eżempju x’ tiekol, fejn tmur, kif tonfoq il-flus tiegħek eċċ?
17 / 24
Tħoss li tista’ tikrea l-għanijiet tiegħek stess fil-ħajja?
18 / 24
Kemm tħoss li għandek sapport biex twettaq id-deċiżjonijiet tiegħek?
19 / 24
Category: Inklużjoni soċjali:
Tħoss li int parti mill-komunità/soċjetà madwarek, tħoss li tappartjeni u tħoss li għandek appoġġ.
Tħoss li int parti mill-komunità tiegħek?
20 / 24
X'inhu l-livell ta' parteċipazzjoni tiegħek fil-komunità, per eżempju permezz ta’ xogħol volontarju jew billi tattendi gruppi?
21 / 24
Tħoss li għandek appoġġ fil-komunità tiegħek u taf lil min tista' tistaqsi għall-għajnuna?
22 / 24
Category: Drittijiet:
Id-drittijiet tal-bniedem huma d-drittijiet u l-libertajiet bażiċi li għandna lkoll. Pereżempju, għandek id-dritt li tkun sigur u li tkun trattat b'mod ġust. Għandek ukoll id-dritt li tagħmel għażliet u tieħu sehem fil-komunità tiegħek.
Int sodisfatt kif id-drittijiet tal-bniedem tiegħek huma rispettati?
23 / 24
Kemm tħoss li taf x'inhuma d-drittijiet tal-bniedem? (Immarka skont l-għarfien tiegħek dwar id-drittijiet tal-bniedem)
24 / 24
Taf x'għandek tagħmel jekk id-drittijiet tal-bniedem tiegħek ma jiġux rispettati/valutati?
Accessibility Tools