PARTNER

“Ploes” E.Psy.Me. (Organizzazzjoni ta’ Riċerka Psiko-Soċjali) hija Organizzazzjoni Non-Governattiva, imwaqqfa fl-1998, minn professjonisti fis-saħħa mentali minn setturi xjentifiċi differenti u oqsma ta’ taħriġ. Għandna aktar minn 100 persuna huma impjegati f’kull wieħed mill-proġetti tagħha. Profesjonisti fis-saħħa mentali, ħaddiema soċjali, terapisti okkupazzjonali u speech therapists, professjonisti fl-edukazzjoni speċjali, psikjatri tat-tfal, psikologi, huma kollha taħt l-umbrella ta’ “Ploes” E.Psy.Me. Il-proġetti u s-servizzi kontinwi huma indirizzati lil ċittadini affettwati minn awtiżmu, diżabilitajiet mentali u psikjatriċi, fl-ambjent urban ta’ Pirew u s-subborgi tal-madwar, (reġjun ta’ Attika).

“Ploes” E.Psy.Me. hija impenjata biex tikkumbatti l-esklużjoni soċjali billi ttejjeb il-benessri soċjali u mentali tal-utenti tas-servizzi. Is-servizzi tagħna huma bbażati fuq il-prinċipji tal-psikjatrija soċjali, li jikkunsidraw id-diżabilitajiet mentali bħala fenomenu ta’ fatturi multipli u kumplessi. Hija l-fidi soda tagħna li l-konsegwenzi negattivi kurrenti u futuri jistgħu jiġu limitati billi nużaw metodi xjentifiċi kostanti, xierqa u effettivi ta’ prevenzjoni u intervent. Il-prinċipji fundamentali ta’ kull servizz u pjan ta’ azzjoni tagħna joħorġu minn dan l-approċċ.

Il-faċilitajiet ta’ “Ploes” E.Psy.Me. jinkludu:

  • Ċentru ta’ kura matul il-ġurnata għat-tfal bl-awtiżmu.
  • Ċentru Speċjalizzat ta’ Taħriġ Professjonali għal persuni adulti b’diżabilità.
  • Units Dijanjostiċi u Terapewtiċi għall-prevenzjoni u r-riabilitazzjoni psikosoċjali tat-tfal u l-popolazzjoni adulta.
  • “Schedia” Social Club għall-persuni b’diżabilitajiet intellettwali.
  • Taħriġ Vokazzjonali fis-Saħħa Mentali “Katarti”, joffri korsijiet ta’ taħriġ u seminars f’oqsma dedikati tas-servizzi tas-saħħa mentali minn trainers ċertifikati, kemm għal professjonisti, il-popolazzjoni ġenerali kif ukoll għal dawk b’ħtiġijiet speċjali.
  • Ċentru ta’ matul il-ġurnata għal żgħażagħ u adulti bl-awtiżmu.
  • Dar residenzjali “Ostria” għal adulti b’diżabilitajiet ta’ żvilupp u intellettwali.
  • Dar tal-mistednin għal adolexxenti b’diffikultajiet psikosozjali.
  • Riċerka, Żvilupp; Dipartiment tal-Proġetti Ewropej.
Ploes Logo
Ploes Photo

“L-aktar ħaġa important fil-kommunikazzjoni hija li tisma’ dak li mhux jingħad.” Peter Drucker

mtMaltese
Skip to content